It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fid-Domus, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ Ħal Kirkop.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku fid-Domus, f’Ħal Kirkop.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

Il-Ħamis

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ta’ Ħal Kirkop.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa fit-Thomas Aquinas Evening, fl-Aula Magna, l-Universita’ ta’ Malta.

Il-Ġimgħa

8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena parroċċa tat-Trinita’ Qaddisa fil-Marsa.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra l-Pontifikal Solenni fil-festa ta’ San Pubbliju, fil-knisja parrokkjali tal- Furjana.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Sr Paola Mallia, fil-Monasteru ta’ Sant Ursola il-Belt Valletta.