-
9 – 15 ta’ Diċembru
-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju tal-Klarissi, San Ġiljan.
It-Tlieta
9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti fil-Konkatidral ta San Ġwann, il-Belt Valletta.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.
L-Erbgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, Dar tal-Kleru, Birkirkara.
12.00 p.m. L-Arċisqof jattendi riċeviment tal-APS Bank u jagħti l-awguri tal-Milied lill-bord u l-istaff.
6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa li fiha jintroduċi lil Patri Vincent Micallef O.P. bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ Gwardamanġa.
Il-Ħamis
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma erba’ żgħażagħ li qegħdin jirriflettu fuq il-vokazzjoni tagħhom qabel jidħlu is-Seminarju, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
Il-Ġimgħa
10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għal parata u l-ogħti ta’ onorifiċenzi fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Repubblika, il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.
7.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura Presepju Naplitan, xogħol Dun Edgar Vella, fil-Katidral tal-Imdina.Is-Sibt
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Pastorali Djocesan, il-Kurja.
Il-Ħadd
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa organizzata mill-Kunsill Lokali u l-għaqdiet soċjali ta’ Ħaż-Żabbar, fil-Knisja Parrokjali.