It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-qasam tal-MUSEUM tas-subien, Birkirkara bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fiċ-Ċentru Parrokkjali, Birkirkara.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Live-In ta’ Aġġornament għall-Kappillani, s-Seminarju.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, s-Seminarju.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Live-In ta’ Aġġornament għall-Kappillani, s-Seminarju.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Live-In ta’ Aġġornament għall-Kappillani, s-Seminarju.

5.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru Parrokkjali, Birkirkara.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentzzjoni Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali, Birkirkara.

Il-Ġimgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kleru tal-Parroċċa tal-Isla f’konsultazzjoni dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, il-Kurja.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jirċievi żjara mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara, il-Kurja.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Parroċċa tal-Isla f’konsultazzjoni dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Miżżewġin kollha li żżewġu fl-2011, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof iqaddes fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara u wara jiltaqa’ man-nies.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fiċ-Ċentru Parrokkjali, Birkirkara.

12.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Tereżjani f’Birkirkara u wara jiekol magħhom.