-
Nhar l‑Erbgħa l‑1 ta’ Frar 2017, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑50 sena mill‑Parroċċa, Marija Reġina, il‑Marsa.
Il‑Ħamis 2 ta’ Frar, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiftaħ il‑proċess tal‑kawża għall‑Qdusija ta’ Patri Avertan Fenech, fil‑Knisja tal‑Madonna tal‑Karmnu, l‑Imdina. Wara, fl‑istess Knisja jbierek ix‑xemgħat u jagħti bidu għall‑purċissjoni lejn il‑Katidral biex ikompli l‑Quddiesa Pontifikali fil‑Festa tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej fit‑Tempju, filwaqt li jiċċelebra Jum il‑Ħajja Kkonsagrata. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq Radju Marija u fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 4 ta’ Frar, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Parroċċa ta’ Pembroke.
Il‑Ħadd 5 ta’ Frar, fil‑11.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il‑Ħajja fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fl‑4:00 p.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑Isptar tal‑Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l‑Imsida.
Il‑Ħamis 9 ta’ Frar, fil‑5:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Translazzjoni Solenni tar‑Relikwa u Vespri fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.
Il‑Ġimgħa 10 ta’ Frar, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil‑festa tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 11 ta’ Frar, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum il‑Morda, fis‑Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Il‑Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 18 ta’ Frar, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ‑Ċentru Pastorali Sagra Familja, is‑Sgħajtar, in‑Naxxar.
It‑Tnejn 20 ta’ Frar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira tad‑dmugħ tal‑Madonna tal‑Mirakli, Ħal‑Lija.