Is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Kardinal Mario Grech jinsab fuq żjara pastorali fil-Libanu. Din iż-żjara li ġiet deskritta wkoll bħalha “sinodali” bdiet ilbieraħ u tintemm fis-6 ta’ Ġunju.

Waqt din iż-żjara, il-kardinal se jkollu numru ta’ laqgħat fejn se tiġi diskussa s-Sinodalità u l-kontribut tal-Knisja Kattolika Maronita.

Il-Maroniti huma Nsara f’komunjoni mal-Knisja Kattolika Rumana li jgħixu prinċipalment fil-Libanu.

Mal-wasla tiegħu fil-Libanu, il-Kardinal Grech intlaqa’ fl-ajruport min-Nunzju Appostoliku Monsinjur Joseph Spiteri u mal-Eparku Mounir Khairallah tal-Maroniti.

Il-Kardinal żar is-Santwarju tal-Madonna fil-Libanu fejn iltaqa’ mal-Kardinal Béchara Boutros Raï, Patrijarka ta’ Antjokja.

Pastoral and Synodal Visit of Card Mario Grech in LebanonFrom this morning until Monday 6 June, the Secretary General…

Posted by Synod.va on Monday, May 30, 2022

Sors: Newsbook Malta