Mijiet ta’ devoti l-Ħadd filgħaxija ħonqu t-toroq tal-Isla u mxew mal-purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesù Redentur. Din il-purċissjoni reġgħet ħarġet wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Il-purċissjoni saret wara l-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna.
Waqt il-pellegrinaġġ sar talb għall-pajjiż, għall-Knisja u għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
Sors: Newsbook Malta