Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 38:1.12-21; 40:3-5
Salm:
138 (139):1-3,7-8,9-10,13-14ab

L-Evanġelju: Lq 10:13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet! Min jisma’ lilkom ikun jisma’ lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; imma min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni”.

Qaddis tal-jum: San Ġilormu, Presbiteru u Duttur tal-Knisja