• Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku llum, 17 ta’ Novembru 2016, ħabbar l-għażla ta’ Mons. Ġorġ Frendo O.P. Isqof Awżiljarju ta’ Tirana – Durres, bħala Arċisqof tal-istess Djoċesi, jiġifieri Tirana – Durres ġewwa l-Albanija. Il-ħatra uffiċjali tiegħu ser issir nhar is-Sibt 3 ta`’Diċembru 2016, fil-Katidral ta` San Pawl ġewwa Triana l-Albanija.

  • Mons. George Frendo (isem tal-magħmudija Anthony) twieled Ħal Qormi, l-ħames minn sebat’ aħwa, fl-4 ta’ April 1946. Wara li temm l-istudji primarji u sekondarji huwa ħaddan l-Ordni tal-Predikaturi (Dumnikan) fl-1962 u s-sena ta’ wara għamel l-ewwel professjoni tieghu. Studja l-filosofija u t-tejoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas t’Akwinu ġewwa r-Rabat, Malta. Huwa għamel il-professjoni solenni f’ April tal-1967, u ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’ April 1969. Matul dawn is-snin huwa kellu bħala kumpann tal-grupp lil P. Pawl Cremona, illum Arċisqof Emeritu ta’ Malta.

    Studji u Tagħlim

    Mill-Kulleġġ San Tumas t’ Akwinu tar-Rabat huwa kiseb il-Lettorat fit-Tejoloġija bit-teżi Baptism as the Sacrament of Faith in the Doctrine and Practice of the Church. Wara ssokkta l-istudji tiegħu fl-Universita Pontifiċja ta’ San Tumas t’ Akwinu (Angelicum) ġewwa Ruma fil-fakulta tad-Dritt Kanoniku. Huwa kiseb id-dottorat fid-Dritt Kanoniku bit-teżi: Indissolubility and Divorce in the Theology of Thirteenth Century Scholastics.

    Lura Malta beda jgħallem it-tejoloġija dommatika fil-Kulleġġ Dumnikan San Tumas t’ Akwinu ġewwa r-Rabat. Fl-istess żmien beda jgħati korsijiet fit-tejoloġija dommatika (Sagramenti tal-Bidu u Eskatoloġija) fil-Fakulta tat-Tejoloġija ta’ Malta u kors ieħor fuq l-Atejiżmu Kontemporanju ġewwa s-Seminarju ta’ Għawdex. Fl-Albanija huwa għallem it-tejoloġija dwar it-Trinita Mqaddsa u l-Kristoloġija fis-seminarju interdjoċeżan ġewwa Scutari.

    Uffiċċji fl-Ordni Dumnikan:

    1974 – 1979 : Surmast tan-Novizzi u Studenti

    1979 – 1981: Pirjol tal-Kunvent ta’ G’ Manġa

    1981 – 1989: Kappillan tal-Parroċċa Madonna ta’ Fatima, G’ Manġa

    1989 – 1997: Provinċjal tal-Provinċja San Piju V, ta’ Malta

    1992 – 1996: President tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi

    Uffiċċji fl-Arċidjoċesi ta’ Malta:

    1974 – 1976: Defensor Vinculi fit-Tribunal tal-Prima Istanza

    1976 – 1980: Defensor Vinculi fit-Tribunal Inter-Djoċeżan tas-Seconda Istanza

    1980 – 1989: Imħallef fit-Tribunal Inter-Djoċeżan tas-Seconda Istanza

    Membru tal-Kummissjoni mwaqqfa mill-Konferenza Episkopali Maltija biex tfassal il-liġijiet komplimentari wara l-promulgazzjoni tal-Kodiċi l-ġdid tad-Dritt Kanoniku.

    Uffiċċji Ekkleżjastiċi ġewwa l-Albanija

    1997 – 1999: Inkarigat biex tfassal il-liġijiet komplimentari wara l-promulgazzjoni tal-Kodiċi l-ġdid tad-Dritt Kanoniku.

    1998 –            : Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi Tirana – Durres

    1999 – 2005: President tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi ġewwa l-Albanija

    2001 – 2006 : Membru tal-Kunsill Ġenerali Ewropew tal-UCESM

    2001 – 2006: Vicarius Judicialis tat-Tribunal Inter-Djoċeżan (prima istanza)

    Mill-23 ta’ Settembru 2006: Isqof Awżiljarju ta’ Tirana

    Fl-2007 ġie maħtur membru tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-Reliġjuż

    Huwa awtur ta’ Diversi kotba ta’ natura dottrinali jew spiritwali (e.g. L-Ewkaristija, is-Sagramenti. Marija Santissma, tlett kotba b’ temi differenti bħala tħejjija għall-Ġublew il-Kbir, il-Familja, sintesi tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, Adorazzjonijiet tal-Ewkaristija ecc.)

    Ħa sehem f’ diversi laqgħat internazzjonali kemm bħala Provinċjal tad-Dumnikani Maltin kif ukoll bħala president tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi f’ Malta u fl-Albanija, kif ukoll bħala membru tal-esekuttiv tal-Unio Conferentiarum Europearum Superiorum Maiorum (UCESM) kif ukoll bħala delegate tal-Konferenza Episkopali tal-Albanija.

    Bħalissa huwa s-segretarju tal-Konferenza Episkopali tal-Albanija u Amministratur Djoċeżan tal-Arċidjoċesi Tirana – Durres.