-
-
Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attività b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, b’solidarjetà mat-tfal li qed ibatu kawża tal-ġlied, il-gwerer u t-terrroriżmu. It-tema ta’ din l-attività kienet “Le għall-gwerra, Iva għall-paċi”.
L-attività, li għaliha ġew mistiedna t-tfal mill-parroċċi, saret ilbierah is-Sibt 8 ta’ Ottubru 2016, fil-barracks tal-Forzi Armati, Ħal Luqa. L-attività,inkludiet mument fejn it-tfal għamlu talb għal tfal li qed ibatu, mima mit-tfal, purċissjoni akkumpanjata mill-Banda tal-Forzi Armati, u Quddiesa speċjali. Dan sar fil-preżenza tal-Eċċellenza Tagħha il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Wieħed mit-tfal tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal qara’ wkoll messaġġ lill-President dwar il-paċi. Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Soċjali l-On. Carmelo Abela, u l-Brigadier tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi kienu wkoll preżenti għall-attivita’ tat-tfal. -
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja