Għada, l‑Erbgħa, 14 ta’ Settembru 2016, ser issir ċelebrazzjoni għall‑anzjani fl‑okkażjoni tal‑Ġublew tal‑Ħniena. It-tema ta’ din iċ-ċelebrazzjoni hi ‘Il-ferħ tal-Ħniena t’Alla’. L‑attività ser issir fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.
Fid‑9:00 a.m. l-anzjani ser jinġabru fi Pjazza San Pawl (quddiem il-Katidral tal-Imdina) biex jgħaddu mill-Bieb tal-Ħniena tal-Katidral. Fl‑10:00 tibda Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona.
L‑attività qed tiġi organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta bis‑sehem tal‑Kapitlu Metropolitan, il‑Caritas, id‑Direttur Djar tal‑Anzjani, is‑Segretarjat Assistenza Soċjali tal‑Azzjoni Kattolika, u l‑Għaqda Maltija Trasport tal‑Morda f’Lourdes.