Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ħabbret open day biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jesperjenzaw is-sbuħija tas-sett tal-Arazzi wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena. L-open day ser tkun mingħajr ħlas għall-pubbliku nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023, bejn it-15:00 hrs u t-20:00 hrs (l-aħħar dħul ser isir fis-19:30 hrs). Din il- ġurnata se tipprovdi opportunità esklussiva għall-pubbliku biex jara u jesperjenza parti integrali mill-wirt kulturali u storiku ta’ Malta għal aktar minn tliet sekli. Il-viżitaturi jistgħu jesploraw ġewwa tal-Konkatidral fi gruppi gwidati ffukati fuq l-Arazzi, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Is-sett ta’ Arazzi ġew ikkummissjonati mill-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, Frà Ramon Perellos y Roccafull, bejn l-1697 u l-1702. Dawn l-arazzi juru episodji mill-Ħajja ta’ Kristu u t-Trijonf tal-Knisja Kattolika. Is-sett beda jittieħed il-Belġju fl-2006 u ġew irrestawrati mir-Royal Manufacturers De Wit Laboratories, fejn il-proġett ġie ffinalizzat fl-2022. Dan is-sett ta’ Arazzi huwa l-ikbar sett komplut fid-dinja b’kobor ta’ 730 metru kwadru, u b’tul ta’ 120 metru.
L-Esebizzjoni tiftaħ fil-5 ta’ Mejju, mill-11am ‘il quddiem, u tibqa’ għaddejja sal-24 ta’ Ġunju 2023 fil-ħinijiet tal-viżitaturi.
Għal aktar informazzjoni, żur www.stjohnscocathedral.com jew ibgħat fuq [email protected].