L-Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirringrazzja lill-Gvern talli sema’ t-tħassib li tqajjem dwar l-ewwel abbozzi tal-emenda proposta.
L-Arċidjoċesi tixtieq tirringrazzja wkoll lil kull min ikkontribwixxa għal dan ir-riżultat pożittiv, li jkompli jħaddan kultura ta’ għożża li tippromwovi d-dritt għall-ħajja ta’ kull persuna u fl-istess waqt tirrispetta l-valuri ta’ appoġġ u solidarjetà, speċjalment għan-nisa tqal f’diffikultà.