L-1 ta’ Settembru 2023 jaħbat il-100 sena mit-twelid tal-qaddej ta’ Alla, Bro Louis Camilleri. Għal din is-serata letterarja, studenti u għalliema li tagħhom Br Louis Camilleri kien surmast huma mistiedna għall-quddiesa li se ssir dakinhar stess fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, il-Gżira.
Wieħed għandu jirreġistra għal din l-okkażjoni fuq [email protected].
Il-ftuħ tal-proċess għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Br Louis Camilleri beda fil-31 ta’ Marzu 2019.
Fil-quddiesa tal-ftuħ tal-proċess djoċesan, Br Louis Camilleri kien ġie deskritt mill-Arċisqof Charles Scicluna bħala kewkba għal ħaddieħor, permezz tal-interċessjoni, bil-pariri u bir-rikonċiljazzjoni tiegħu.
Br Louis kien iddedika ħajtu għall-edukazzjoni Kattolika fil-Kulleġġ De La Salle. Hu twieled iż-Żurrieq fil-31 t’Awwissu fl-1923, u kien wieħed fost 11-il aħwa. Hu miet fid-29 ta’ Mejju fl-2011, fl-età ta’ 87 sena.
Hu kien sofra persekuzzjoni fi Franza waqt li attenda n-novizzjat tiegħu waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Meta ġie lura Malta wara l-ewwel gwerra, Br Louis ddedika ruħu jgħallem l-apprentisti tat-Tarzna li kienu jattendu l-Kulleġġ De La Salle fil-Kottonera.
Br Louis beda l-fraternità Signum Fidei f’Malta fl-1981, u kien maħbub u rispettat mill-membri kollha tal-fraternità għall-ispirtu kbir ta’ fidi u entużjażmu, devozzjoni u l-mod kif kien lest jgħinhom f’kull ma kellhom bżonn.