• Nhar il‑Ħamis 19 ta’ Mejju 2016, fis‑6:30 p.m., ser isir Servizz Ekumeniku fil‑Knisja ta’ Santu Rokku, fi Triq Sant Ursola, il‑Belt Valletta (qrib il‑monasterju ta’ Sant Ursola). Il-festa tal-Għid il‑Ħamsin mhux biss tfakkar it‑twelid tal‑Knisja, imma wkoll il-bidla mill‑pluralità għall‑unità: il‑ħafna jingħaqdu f’ġisem wieħed.
    It‑tema għas‑Servizz Ekumeniku hija “Minnu joħorġu xmajjar ta’ ilma ħaj.” (Ġwanni 7, 38). Iċ‑ċelebrazzjoni ser titmexxa mir‑Rev. Fr Ionut Iftimia (Ortodoss Rumen) u l‑ħsieb tal‑okkażjoni ser isir minn Rev. Pastor Klaus Reiser (Evanġeliku Luteran). Is-Servizz Ekumeniku se jiġi organizzat mill-‘Christians Together in Malta’ mill-Kunsill Ekumeniku ta’ Malta f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ekumenika. Kulħadd huwa mistieden.
    Matul dan iz-zmien ta’ tigdid, il-Knisja tħeġġeġ kontinwament għat‑talb għall‑għaqda fost il‑Knejjes Insara.