-
-
Nhar it-Tlieta 3 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kellu żjara ta’ korteżija mill-Balzan Old Boys, fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. L-Arċisqof kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif il-grupp jiltaqa’ kull xahar, u ħeġġeġ lill-anzjani biex dejjem iżommu ruħhom attivi soċjalment, anke jekk forsi jkunu rtiraw mix-xogħol. Wara l-laqgħa mal-Arċisqof, il-grupp tal-anzjani kellhom iċ-ċans isiru jafu iktar dwar l-istorja tal-Kurja tal-Arċisqof, mis-Sur Lorenzo Zahra.
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja