Ir-rivista Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin issa tinsab ukoll onlajn fl-indirizz elettroniku www.habbar.cakmalta.org

Din ir-rivista reliġjuża-kulturali b’ispirazzjoni Franġiskana tinħareġ kull xahrejn mill-Provinċja Maltija tal-Franġiskani Konventwali.

L-aċċess għar-rivista Il-Ħabbar ta’ Sant’Antnin hu mingħajr ħlas u minbarra li wieħed jista’ jaqra artikli mill-aħħar ħarġa (dik ta’ Mejju-Ġunju) jista’ wkoll isib riżorsi dwar din ir-rivista, paġna dwar l-istorja tagħha, links interessanti u l-formula tal-abbonament f’każ li trid tibda tirċeviha d-dar bil-posta.