Is‑Sibt it‑2 ta’ April 2016, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Gejtanu il‑Ħamrun, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu.
Il‑Ħadd 3 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar‑residenti tal‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar.
L‑Erbgħa 6 ta’ April, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju tal‑Arċisqof Pawlu Giglio, fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara, f’għeluq ix‑xahar mill‑mewt tiegħu.
Il‑Ħadd 10 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Publju, il‑Furjana.
It‑Tnejn 11 ta’ April, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑bidu tal‑Kapitlu tas‑Sorijiet Ursolini ta’ Suor Angela Merici, fil‑Creche, Tas‑Sliema.
Is‑Sibt 16 ta’ April, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof ser imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Wied il‑Għajn.
Il‑Ħadd 17 ta’ April, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali ta’ San Ġużepp, fil‑Knisja ta’ Ġieżu, ir‑Rabat.
Is‑Sibt 23 ta’ April, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinseġ il‑Paniġierku fil‑festa ta’ San Ġorġ Martri, fil‑Knisja Parrokkjali, f’Ħal Qormi.
Il‑Ħadd 24 ta’ April, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’St. George’s Day, fil‑Knisja ta’ San Duminku, ir‑Rabat. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ser imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Ibraġ.
Is‑Sibt 30 ta’ April, fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’pellegrinaġġ għall‑Bieb tal‑Ħniena fil‑Katidral tal‑Imdina, organizzat mill‑Kunsill Nazzjonali tan‑Nisa.