Ritratt: Mario Cocker

Il-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu inawguraw żewġ ikoni kbar biex iżejjnu il-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku tal-Birgu l-Ħadd 18 ta’ Awwissu.

Dawn l-ikoni jirrapreżentaw lill-Madonna tal-Gandlora u tal-Qalb ta’ Ġesu’. Din il-Madonna għandha rabta storika mal-knisja tad-Dumnikani tal-Birgu, minħabba li l-Ikona orġinali kienet inġiebet min Rodi mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Din l-ikona kienet intilfet fl-attakki mill-ajru fuq il-knisja ta-Dumnikani tal-Birgu fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1941.

Fi stqarrija ntqal li din l-Ikona tal-Madonna tal-Gandlora se tkun għall-qima tal-poplu fuq l-artal ta’ San Duminku u dik tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ fuq artal ta’ San Vinċenż Ferrer.

Waqt l-inawgurazzjoni il-Pirjol Patri Aaron Zahra OP flimkien ma’ Patri Tonio Mallia Milanes OP
bierku l-Ikoni billi ġew midluka 4 slaleb fir-rokna tal-ikona biż-żejt tal-griżma.

Ġie mfakkar li x-xogħol fuq l-Ikoni sar minn P. Tonio Mallia Milanes OP, li huwa wkoll membru tal-komunità tal-patrijiet Dumnikani tal-Birgu.

L-inawgurazzjoni ta’ dawn l-Ikona saret fil-bidu tal-Festa ta’ Missierna San Duminku ġewwa l-Birgu li se tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu. Għall-inawgurazzjoni sar kunċert mużikali taħt id-direzzjoni tal-Maestro Di Capella tal-istess knisja Stephen Camilleri. Il-kunċert sar taħt il-patroċinju tal-Arċisqof Emeritus ta’ Malta l-E.T. Monsinjur Pawlu Cremona OP.

Sors: Newsbook.com.mt