Delegat għall-Kultura

Direttur tal-Istitut Kattoliku

Mons. Claude Portelli

Tel +356 9980 0708 | +356 2203 9001
Email: [email protected] /
[email protected]

Mons. Claude Portelli rċieva l-formazzjoni edukattiva tiegħu fil-Kulleġġ St Edward’s, il-Birgu. Huwa rċieva l-formazzjoni saċerdotali fis-Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtù kif ukoll fil-fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, fejn iggradwa fil-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Huwa ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ Lulju 2002. Mons. Claude kellu l-ewwel esperjenza pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta f’Ħal Għaxaq. F’Lulju tal-2003 inħatar viċi kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan u fl-2009 inħatar kappillan tal-istess parroċċa. Huwa temm il-ħidma tiegħu bħala kappillan f’Ġunju 2022.

Fl-2023 inħatar bħala Delegat għall-Kultura, bil-missjoni li joħloq djalogu bejn il-Knisja f’Malta u l-qasam tal-kultura bħala parti mill-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni. L-uffiċċju huwa mibni fuq erba’ pilastri ewlenin: il-prattika interdixxiplinarja, id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, rappreżentazzjoni internazzjonali u l-iskambju interkulturali. Permezz ta’ programm kulturali kurat, l-uffiċċju għandu l-għan li jiżviluppa t-triq lejn is-sbuħija fil-kuntest lokali, b’kollaborazzjoni mal-iktar persuni influwenti fis-settur kulturali f’Malta. Bħalissa l-uffiċċju huwa responsabbli wkoll mir-riġenerazzjoni tal-Istitut Kattoliku fil-Furjana.

Mons. Claude Portelli beda jservi ukoll bħala arċipriet tal‑parroċċa tal‑Katidral tal‑Imdina mill-2024.

Agħfas hawn għal iktar informazzjoni.