• *

    Direttur: Ben Stiller
    Atturi: Ben Stiller, Owen Wilson, Penelope Cruz, Will Ferrell
    Ħin: 98 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    F’Zoolander’ (2001), Derek Zoolander kien jimpika mar-rival tiegħu Hansel McDonald għar-rebħ tat-titlu ta’ l-aqwa mudell maskili tad-dinja, għalkemm dawn it-tnejn spiċċaw biex saru ħbieb. Issa għaddew 15 il-sena u t-tnejn li huma ma’ baqgħux attivi fid-dinja tal-moda. Derek qed jibki l-mewt ta’ marthu, Matilda, u jħoss in-nuqqas ta’ ibnu li tpoġġa’ f’orfanatorju minħabba li ma kienx meqjus tajjeb li jrabbih hu. Hansel, minn naħa l-oħra, kien imħabbat bil-passatemp prinċipali tiegħu: jieħu sehem f’orġiji. Waqt li jkun qed jipprova jsib fejn kien ibnu, Derek jerġa’ jiltaqa’ ma Hansel, u jakkwista wkoll kumpanja ġdida, l-aġent fuq tagħha ta’ l-Interpol Valentina Valencia, hekk kif jibda jidher li t-tfittxija tiegħu setgħat tingħaqad ma’ investigazzjoni dwar il-mewt ta’ għadd ta’ kantanti mgħarufin li llkoll mietu b’espressjoni ċassa fuq wiċċhom. Wara dan il-qtil ikun hemm l-akbar għadu ta’ Derek, Mugatu, li flimkien mas-sieħba ġdida tiegħu, Alexanya Atoz, ikunu qed jeliminaw id-dinja mill-ikoni tal-moda biex ikollhom dominanza tagħha huma biss. Dawn fuq kollox qed ifittxu l-funtana taż-żgħożija eterna u jaħsbu li se jsibuha fid-dixxendenti ta’ Steve li kien fil-ġnien tal-Eden flimkien ma’ Adam u Eva.
    Film kummiedja ta’ Ben Stiller, li l-protagonist tiegħu huwa hu stess. Huwa fl-istess stil ta’ l-ewwel film, bi djalogu fqir u ċajt fjakk. Fil-film jidhru għal ftit ħin għadd ta’ kantanti u ismijiet kbar tal-moda. Il-film fih ċajt dwar affarijiet reliġjużi, kliem doppju sens u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.