-
-
-
Matul din il-ġimgħa, sa nhar it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016, qed tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. L-għan ta’ dan it-talb hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti. It-tema għal din is-sena hi “Imsejħin biex ixxandru l-għemejjel setgħana tal-Mulej” (ara 1 Pt 2:9).
Għal din l-okkażjoni, nhar il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2016, fis-6.30 p.m., ser jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil-Knisja ta’ San Nikola, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser ikun preżenti. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
Agħfas hawn biex tniżżel is-Sussidji Pastorali għal matul il-Ġimgħa Ekumenika f’Malta.
-
-