-
-
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Jannar 2016, l- Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ miż-ŻAK li għandhom aktar minn 18-il sena, fis-sala parrokkjali tal-Iklin. L-għan tal-laqgħa kien li jikber id-djalogu bejn l-Arċisqof u ż-żgħażagħ. Fil-laqgħa kien hemm mument ta’ riflessjoni u talb flimkien, u djalogu bejn iż-żgħażagħ u l-Arċisqof fuq diversi temi bħalma huma l-kontribut tal-lajċi fil-parroċċi, problemi soċjali u ambjentali u kif tista’ tikber il-kollaborazzjoni biex bħala żgħażagħ inkunu dawl fis-soċjetà Maltija..
-