• Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Milied għall-impjegati tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, fir-‘Russian Chapel’ ġewwa l-palazz tal-President f’San Anton. Dan wara laqgħa li l-istess membri kellhom mal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, fejn ġew diskussi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istess membri fl-iskejjel.  

    Matul l-omelija, l-Arċisqof saħaq dwar ir-rwol importanti tal-edukatur u l-importanza tal-edukazzjoni filwaqt li tenna l-kliem ta’ Sidna Ġesu Kristu dwar l-importanza tal-għożża għal dawn it-tfal.

    Wara l-quddiesa l-Arċisqof bierek u ta salib lil kull membru tas-Segretarjat, liema slaleb inġiebu minn Ruma minn Fr Charles Mallia, delegat għall-edukazzjoni, li flimkiem ma’ membri oħra tas-Segretarjat attenda għall-Kungress dinji organizzat mill-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni.