Il-parroċċi, l-entitajiet, l-għaqdiet, il-movimenti u l-gruppi li jiffurmaw parti mill-Knisja f’Malta huma mistiedna jaqsmu stejjer ta’ avvenimenti, attivitajiet u inizjattivi li jħallu impatt fil-komunitajiet tagħhom. Persuni li jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għal nies oħra huma mistiedna wkoll jaqsmu wkoll l-esperjenzi tagħhom.

B’din l-istedina, il-Knisja f’Malta qed tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nies, tenfasizza l-avvenimenti importanti u taqsam ir-riżorsi sabiex tikber il-missjoni tal-Knisja u tkun iktar preżenti fis-soċjetà.

Kif tista’ tikkontribwixxi

Il-gruppi huma mħeġġa jissottomettu artikli qosra flimkien ma’ kwalunkwe ritratti rilevanti, biex jippreżentaw l-attivitajiet li qed iseħħu fl-għaqdiet tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet kollha huma milqugħa, kemm jekk huwa proġett komunitarju, avveniment taż-żgħażagħ, quddiesa speċjali, jew workshop edukattiv. Is-sottomissjonijiet magħżula jidhru fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Is-sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu lil [email protected] bit-titlu tas-suġġett: ‘Sottomissjoni għall-websajt – [isem il-grupp/inizjattiva]’

Filwaqt li s-sottomissjonijiet kollha huma apprezzati, l-artikli se jiġu riveduti u magħżula abbażi tar-rilevanza u għalhekk il-pubblikazzjoni mhijiex garantita.

Għalfejn għandi nibgħat?

Dawn l-istejjer jenfasizzaw ir-rwol attiv tal-Knisja f’kull parti tas-soċjetà. Billi jaqsmu dawn il-mumenti, il-kontributuri qed jgħinu sabiex il-pubbliku jiġi infurmat dwar kif il-Knisja qed tinvolvi ruħha man-nies, u għalhekk jilħqu lil dawk li forsi għadhom ma jafux bis-servizzi u l-appoġġ disponibbli. Din hija opportunità sabiex l-Knisja tingħaqad b’messaġġ wieħed.

Grazzi lil dawk kollha li jgħinu biex jikkomunikaw il-missjoni tal-Knisja u jispiraw lil ħaddieħor permezz tal-ħidma tal-komunitajiet u l-gruppi tagħhom.

Kuntatt

F’każ ta’ mistoqsijiet, tista’ tikkuntattja l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni fuq [email protected] jew iċċempel fuq 25906307.