F’dan l-episodju niltaqgħu ma’ Dun Franco Fenech li twieled u trabba l-Marsa. Ilu saċerdot għal dawn l-aħħar 30 sena, li kważi nofshom qattagħhom f’ħidma dedikata mar-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Jgħid ukoll għaliex għażel jimxi minn patri Franġiskan u għal saċerdot djoċesan. Dawn huma ftit mill-ħafna esperjenzji mill-ħajja mżewqa ta’ Dun Franco; inkluż r-ribelljoni kbira li kellu lejn Alla wara l-mewt ta’ ħuh.


Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla.

Dawn it-taħdidiet huma wkoll sinjal ta’ tama għal dawk li għadhom qed jaħsbu jgħidux ‘iva’ lil Alla, kif ukoll għal dawk li diġà huma saċerdoti, kemm żgħar kif ukoll kbar fl-età.

Għaliex iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.