Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet f’dawn il‑ġranet:

Il‑Ħadd 2 ta’ Frar, festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej (Kandlora), Jum il-Ħajja u l‑Ħajja Kkonsagrata, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) fl-Isptar Mater Dei, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Fil-5:30pm l-Arċisqof jiċċelebra l-Ġublew għar-Reliġjużi bi tberik tax-xemgħa fil-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun u wara jmexxi pellegrinaġġ lejn il-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fejn tkompli quddiesa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej.

Il‑Ħadd 9 ta’ Frar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, f’San Ġiljan, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fil‑5pm, f’lejlet il-festa ta’ San Pawl, Patrun ta’ Malta, imexxi traslazzjoni u l-ewwel għasar solenni fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil‑Belt Valletta.

It-Tnejn 10 ta’ Frar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Is-Sibt 15 ta’ Frar, fis-6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Manikata.

Il‑Ħadd 16 ta’ Frar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tat-Trinità Qaddisa fil-Marsa, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.

Is-Sibt 22 ta’ Frar, fis-6:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Katedra ta’ San Pietru fil-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa.

Il‑Ħadd 23 ta’ Frar, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar, fis-6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-100 anniversarju tal-Missjoni tal-Ġiżwiti Maltin fl-Indja, fil-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara.