Minn għada jibda l-funeral ta’ Mons. Victor Grech li għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar l‑Erbgħa, 5 ta’ Frar 2025. Fid-9:30am jitlaq korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn se jkun espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas.
L-għada l-korteo funebri jitlaq għall-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ, fejn jingħata tislima mill-Kleru tal-parroċċa u r-residenti Tal-Ibraġ fejn Mons. Grech kien residenti u serva bħala saċerdot. Wara l-korteo jitlaq għall-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fejn se ssir il-quddiesa praesente cadavere. Din tixxandar fl-10:30am fuq TVM, knisja.mt, Newsbook Malta, Radju RTK u l-istazzjonijiet l-oħra tat-televixin.
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2025
9:30am – Tluq tal-Korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għaċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
9:55am – Wasla tal-Korteo funebri fiċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas.
10:30am – Il-katavru ta’ Monsinjur Victor Grech ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas.
Monsinjur Victor Grech ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku:
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2025
10:30am – 1:00pm | 3:00pm – 6:00pm
Fiċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas ser ikun hemm il-ktieb tal-kondoljanzi fejn il-pubbliku jkun jista’ jiffirma.
Is-Sibt, 8 ta’ Frar 2025
9:15am – Tluq tal-Korteo funebri miċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas fejn jingħata tislima mir-residenti.
9:40am – Wasla tal-Korteo funebri quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ. Tingħata tislima mill-Kleru tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulata u mir-residenti Tal-Ibraġ fejn Monsinjur Grech kien residenti u serva bħala saċerdot għas-servizz tal-komunità.
9:45am – Tluq tal-Korteo funebri minn quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata, Tal-Ibraġġ.
09:55am – Wasla tal-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.
10:14am – Wasla tal-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Robert Abela u s-Sinjura Abela.
10:16am – Wasla tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono u s-Sur Spiteri Debono.
10:20am – Wasla tal-Korteo funebri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
10:30am – Quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta ċelebrata mill-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Il-quddiesa tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook Malta, Radju RTK u l-istazzjonijiet l-oħra tat-televixin.
Wara l-quddiesa, il-funeral ikompli f’forma strettament privata.
Il-bnadar fuq binjiet pubbliċi għandhom jittajru mezz’asta matul il-ġurnata tas-Sibt, 8 ta’ Frar 2025.