Bejn is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta’ Frar, 2025, id-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (SDC) organizzat il-LĠA għas-sena 2025. Matul dawn il-jumejn, ġie diskuss ir-rapport amministrattiv tad-delegazzjoni għas-sena 2024, filwaqt li saret riflessjoni mid-Delegat tas-Superjur Ġenerali, fuq t-triq ’l quddiem fejn jidħol l-appostolat.
Il-Ħadd filgħodu, ġiet iċċelebrata il-quddiesa minn Fr Kevin Schembri, l-Assistant Ekkleżjastiku tas-Soċjetà. Huwa enfasizza kemm il-membri tas-Soċjetà għandhom jagħrfu lis-Sinjur Ġesù mhux biss bħala l-Imgħallem, iżda wkoll, bħala l-Mulej. Wara, tlett superjuri lokali qassmu prattiċi tajbin li qed jiġu applikati fl-oqsma museumini.
Il-LĠA għalqet b’messaġġ mis-Superjur Ġenerali li qasam riflessjoni dwar kemm il-fedeltà fl-għixien tal-vokazzjoni ta’ kull individwu ġġib magħha ħafna barkiet għall-ġid ta’ kulħadd. Il-membri u l-kandidati kellhom okkażjoni fejn ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom waqt l-ikla ta’ nofsinhar.
Sors: https://sdcmuseum.org/