Ritratt: Kulleġġ Santu Wistin

Bi preparazzjoni għaż-żmien tar-Randan, l-istudenti tal-Kulleġġ Santu Wistin ħadu sehem f’inizjattiva sabiħa fejn kellhom l-opportunità jipparteċipaw, jitkellmu mal-pubbliku u joffru mument ta’ tama għall-oħrajn.

L-istudenti kitbu diversi messaġġi ta’ tama li ġew iddisinjati u pprintjati bħala bookmarks differenti u f’Ras ir-Randan, qassmuhom man-nies li ltaqgħu magħhom waqt mixja forma ta’ pellegrinaġġ lejn il-Furjana u l-Belt.

Wara, kulħadd inġabar fil-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani Santu Wistin fejn flimkien mal-komunità tal-patrijiet li jgħixu f’dik il-komunità sar mument ta’ adorazzjoni u t-tqegħid tal-irmid.

Lura l-iskola, l-istudenti kellhom l-opportunità jaqsmu l-esperjenza tagħhom ta’ filgħodu ma’ sħabhom.