-
-
L-organizzazjonijiet taż-żgħażagħ li huma nteressati jmorru għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir il-Polonja f’Lulju 2016, huma mistiedna għal-laqgħa ta’ preparazzjoni nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru fis-7:00 p.m. ġewwa ŻAK House – 213, Triq Brared, Birkirkara.
Fuq talba tal-Eċċ. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, iż-ŻAK nehdiet il-proċess ta’ koordinament u organizzazjoni biex żgħażagħ minn Malta jingħaqdu f’pellegrinaġġ mal-Arċisqof għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Fi spirtu ta’ għaqda, ŻAK flimkien ma’ organizzazjonijiet oħra taż-żgħażagħ tixtieq tagħmel din l-esperjenza possibbli, sabiex min jixtieq ikun jista’ jattendi għal dan l-avveniment, ispirat mill-kliem ta’ Kristu nnifsu: “Ħenjin dawk li jħennu, għax huma jsibu l-ħniena.” (Mt 5, 7)
Post: ŻAK house- 213, Triq Brared, Birkirkara (Mappa)
L-aġenda tal-laqgħa hija:
1. Mument ta’ talb
2. Insiru nafu l-għaqdiet interessati
3. Tingħata idea bikrija tal-programm u loġistika
4. Qsim ta’ ideat
5. Fellowship
Żewġ mexxejja minn kull organizzazjoni interessata huma mitluba jikkonfermaw l-attendenza tagħhom billi jibgħatu email fuq: [email protected]
Għal aktar tgħarif fuq laqgħat simili, u l-preparazzjonijiet in ġenerali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, tistgħu ssegwu l-paġna fuq Facebook: Young people from Malta to the World Youth Day 2016:https://goo.gl/S6A5co