Fl-okkażjoni tal-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet biex jitfakkar il-25 anniversarju minn meta Tal-Ibraġ saret parroċċa taħt it-titlu ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja, qed jiġi organizzat kunċert mużikali mill-kor Cappella Musicale Caeciliana nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu, fis-7:30pm fil-knisja parrokkjali.
Dan il-kunċert qed isir taħt il-patroċinju tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca.
Il-pubbliku huwa mistieden li jattendi għal dan il-kunċert li se jservi wkoll bħala tribut għal Mons. Victor Grech li serva ’l fuq minn 25 sena fil-parroċċa Tal-Ibraġ.