-
-
Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin, għall-perjodu 2015-2019. Il-ftehim ġie ffirmat mis-Sur Michael Pace Ross, Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjocesi ta’ Malta, u mis-Sur Jesmond Bonello, President tal-UĦM.
Il-ftehim jipprovdi għal kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol għal ħaddiema kollha, fosthom żidiet bl-arretrati fis-salarji u fl-allowances għall-kwalifiki, u bonus ta’ darba li jingħata f’Diċembru. Jipprovdi wkoll għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja, b’żieda ta’ ġurnata vacation leave u ħinijiet iktar flessibbli ta’ xogħol. L-impjegati jistgħu ukoll jagħtu mil-leave tagħhom lill-kollegi f’każ ta’ mard serju.
In-negozjati tmexxew mis-Sur Pace Ross min-naħa tal-Kurja u mis-Sinj. Isabelle Farrugia min-naħa tal-UHM. Il-ftehim ġie approvat mill-Kumitat Finanzjarju Djoċesan u mill-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan, ippreseduti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja