-
-
San Luqa 7:31-35
“Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu,
‘Daqqejnielkom il-flawt
u ma żfintux,
għannejnielkom għanja ta’ niket
u ma ħabbattux fuq sidirkom!’
Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!’ Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu.”
Qaddisin tal-jum: San Ċiprijanu u San Kornelju, Martri