• San Luqa 7:31-35

    “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu,

                        ‘Daqqejnielkom il-flawt

                        u ma żfintux,

                        għannejnielkom għanja ta’ niket

                        u ma ħabbattux fuq sidirkom!’

    Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!’ Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu.”

     

    Qaddisin tal-jum: San Ċiprijanu u San Kornelju, Martri