• Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-Arkivji Notarili fil-Belt Valletta. Din iż-żjara saret fuq stedina tal-Kunsill tal-Arkivji Notarili, u fl-istess ħin ra l-ħidma li qed issir tal-NGO ‘Notarial Archives Resources Council’. Fuq inizjattiva personali, l-Arċisqof ‘addotta’ għar-restawr u l-konservazzjoni, dokument tal-Papa Pawlu V li jmur lura għall-1608, fl-iskema ‘Addotta Nutar’. Permezz ta’ din l-iskema qed jiġu restawrati u kkonservati manuskritti u dokumenti storiċi ta’ valur imprezzabbli, li hemm f’dan l-arkivju.
  • Ritratti: Photocity, Valletta.

    www.photocitymalta.com