• Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar Dar San Gużepp, St Venera, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-maratona ‘Oħloq Tbissima’ li qed issir għat-tlettax-il sena konsekuttiva. Din il-maratona ta’ sittin siegħa bdiet il-Ġimgħa f’nofsinhar u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd 19 ta’ Lulju f’nofsillejl. Oħloq Tbissima, hija mtella’ minn ĊAM Productions international (ĊPi), li hija l-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) li bħall kull sena, l-għan tagħha hu li jinġabru l-flus b’risq il-missjonijiet tal-patrijiet tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, fil-Peru, Pakistan, Fillippini u anke għat-tfal tad-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.

    Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:

    €10                  51602004

    €15                  51702007

    €25                 51802009

    SMS €4.66     50618099

    Min jixtieq jagħmel id-donazzjoni tiegħu online jista jżur is-sit www.ohloqtbissima.com

  • Ritratti: Photocity

    www.photocitymalta.com