-
-
San Mattew 12:14-21
U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,
‘Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart,
l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet!
Jien nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu
u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus.
Ma jiksirha ma’ ħadd, ma jgħollix leħnu
u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez.
Qasba mġelġla ma jiksirhiex,
u musbieħ inemnem ma jitfihx,
sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa,
u f’ismu jittamaw il-ġnus.’
Qaddis tal-jum: San Federiku, Isqof u Martri
-
-