• San Mattew 12:14-21

       U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz   tal-profeta Isaija, meta qal,

                ‘Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart,

                l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet!

                Jien nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu

                u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus.

                Ma jiksirha ma’ ħadd, ma jgħollix leħnu

                u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez.

                Qasba mġelġla ma jiksirhiex,

                u musbieħ inemnem ma jitfihx,

                sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa,

                u f’ismu jittamaw il-ġnus.’

      Qaddis tal-jum: San Federiku, Isqof u Martri