-
L-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna se jiltaqa’ mal-Missjunarji, Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi, li qegħdin jaħdmu għall-Knisja ‘l bogħod minn artna. Din il-laqgħa se ssir f’Dar l-Emigrant, Valletta, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Lulju, fil-5.00 p.m.Il-missjunarji huma mħeġġa jattendu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u sħabhom.