• *

    Direttur: Gregory Jacobs
    Atturi: Channing Tatum, Matt Bomer, Joe Manganiello, Kevin Nash, Adam Rodriguez u Gabriel Iglesias
    Ħin tal-film: 115 min.
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Tliet snin minn mindu Mike ħalla l-ħajja ta’ stripper,  fejn kien wasal fil-quċċata ta’ popolarita’, illum –il ġurnata,  hekk kif Dallas jinsab barra mix-xena, jiddeċiedi li flimkien ma’ dawk magħrufa bħala Kings of Tampa  jerga’ jidħol fix-xena tal-ispettaklu ġewwa Myrtle Beach, South Carolina.  Il-grupp jagħmel ħiltu biex il-wirja li kienu sejrin jagħtu tkun ta’ livell li kienet darba waslithom fil-quċċata. Ma’ Mike fix-xena tidħol Zoe,  li kienet  tħobb ħafna il-fotografija u jidher li t-tnejn sabu x’jgħaqqadhom, tant li bdew relazzjoni ta’ mħabba. Meta jasal il-waqt li jagħtu l-wirja tagħhom, il-maġġoranza tal-udjenza tkun magħmula minn nisa li  għoxew b’dak li jkunu qegħdin jaraw. Xi whud minnhom anke jiġu mdaħħlin fil-wirja, wirja  ta’ żfin erotiku u  suġġestiv.
     
    Film Amerikan,  taħt id-direzzjoni ta’ Gregory Jacobs ikompli fejn kien ħalla l-ewwel film li kien ħareġ fl-2012 bl-isem ta’ Magic Mike. Minħabba li l-film fih ħafna xeni  ta’ mġieba li ma tagħmel l-ebda ġieh li l-bniedem li jasal biex iwettaq dan. Il-film ukoll għandu l-użu ta’ droga, kliem goff, profann u  irriverenza u għalhekk  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax–il sena.