Il-funeral tas-Sur Emanuel Scicluna, missier Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, ser isir nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015.
Fit-3:00 ta’ wara nofsinhar, il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Mater Dei għall-knisja parrokkjali ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, fejn issir Quddiesa praesente cadavere fid-3:30 p.m. Wara l-Quddiesa, il-funeral ikompli f’forma privata u ssir id-difna fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.
Is-Sur Emanuel Scicluna għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar il-Ħamis 2 ta’ Lulju 2015, ftit qabel nofsilejl, fi sptar f’Ruma fejn kien rikoverat b’urġenza waqt il-pellegrinaġġ tal-familja fl-okkażjoni tat-tberik u l-għoti tal-pallium mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, lil Monsinjur Arċisqof. Is-Sur Scicluna kellu 85 sena.