• L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Charles Carmel Attard bħala kappillan tal-parroċċa San Piju X, Santa Luċija. 

      Dun Charles Attard twieled fid-9 ta’ Diċembru 1965. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja f’Birkirkara, u l-edukazzjoni sekondarja fil-Higher Secondary, in-Naxxar. Fl-1990 beda l-istudji tiegħu f’Ruma u ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Ottubru 1996.

      Dun Charles beda l-ħidma pastorali tiegħu f’Malta, u fl-1999 beda jservi fl-Arċidjoċesi ta’ Catania, Sqallija, fejn ħadem f’diversi parroċċi. Fl-2009 inħatar kappillan tal-parroċċa ta’ San Francesco di Paola, f’Catania stess. Fl-2010 rritorna lura Malta u beda jservi bħala viċi kappillan fil-parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara.

      Il-parroċċa ta’ Santa Luċija tiġbor fiha madwar 3,625 persuna f’ 1,043 familja.