• ‘Fun Day’ għall-familja mill-grupp Belong

  • Il-grupp BELONG qed jiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’Fun Day għall-familja, nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2014, mill-10.30 a.m. sal-4:30 p.m., fil-Park Nazzjonali (Oak Tree Circle) f’Ta Qali. Id-dħul huwa b’xejn. 

    L-attività ser tinkludi kant, mużika, ikel varjat, diskussjoni, puppet shows u ambjent sabiħ. Ikun hemm Quddies f’ 11:45am.
     
    Il-grupp Belong jakkumpanja l-koppji f’Malta waqt li huma jiżviluppaw u jsaħħu r-relazzjoni tagħhom. Jorganizza laqgħat ta’ kull xahar, seminars, irtiri, weekends, Quddies u avvenimenti soċjali varji għal kulħadd. Fi ħdan il-grupp hemm ħidma speċjali mat-tfal li tinkludi l-Puppets4JESUSteam sabiex waqt li l-ġenituri jattendu l-avvenimenti, huma wkoll jitgħallmu valuri Nsara f’ambjent divertenti.