• Grupp ġdid ta’ Apoloġetika – Nixtieq Nistaqsi

  • Fr Hector Scerri, flimkien mal-Koordinatur tal-laqgħat Joseph Vella-Zarb, qegħdin jistiednu lin-nies sabiex jipparteċipaw f’diskussjonijiet li għandhom jgħinuhom isibu t-triq tal-verità u jiċċaraw xi dubji oħrajn li jistgħu jressqu ’l quddiem waqt l-istess laqgħat.  Il-laqgħat jinżammu kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fis-sitta ta’ filgħaxija, fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana.

    L-ewwel laqgħa, il-Ħamis 3 ta’ April, ser tittratta l-Eżistenza ta’ Alla.  Imexxi din id-diskussjoni Fr Mark Sultana. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm, il-Kurja, Floriana (dħul minn Triq l-Iljun, u tintemm madwar is-7.15pm.
     
    Dawk kollha interessati huma ġentilment mitluba jibagħtu l-isem, il-kunjom u l-età fuq l-ijmejl [email protected] jew inkella jċemplu lil Joseph Vella-Zarb fuq 21633369.  Ma hemm l-ebda ħlas dovut għal dawn il-laqgħat.