• Imnedija t-Tema tas-Sena għaż-Żgħażagħ

  • L-Arċisqof Pawl Cremona nieda uffiċjalment it-Tema ġdida tas-Sena għaż-Żgħażagħ, waqt quddiesa ġewwa l-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara li saret fl-1 ta’ Diċembru. It-tema għall-2013-2014, magħżula mill-Papa Franġisku għaż-żgħażagħ kollha, hija “Henjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet.” (Mt 5,3)

    Fil-messaġġ tiegħu, Arċisqof Cremona tkellem dwar is-sinifikat ta’ dan il-vers illum, filwaqt li nkoraġixxa liż-żgħażagħ fil-missjoni tagħhom għal dinja aktar awtentika.

    It-Tnedija tat-Tema kienet organiżżata mill-Liturgy Team tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, u kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.