• Taħriġ Professjonali fil-Youth Ministry

  • Din is-sena 29 persuna bdew korsijiet ġodda f’livelli varji tal-youth ministry, li jagħtu lill-mexxejja preparazzjoni aktar sħiħa għall-ħidma pastorali tagħhom maż-żgħażagħ. Iż-żewġ programmi prinċipali huma il-Higher Education Award in Youth and Adolescent Ministry, u il-Co-Youth Leadership Course. Tul dawn l-aħħar snin, ‘il fuq minn 200 parteiċpanti oħra temmew b’suċċess, jew qiegħdin isegwu, preparazzjoni formali f’dan il-qasam. Fost dawn, 18-il persuna f’livell ta’ Master’s.

    Il-Knisja f’Malta tifhem sew il-bżonn li ż-żgħażagħ isibu mexxejja preparati tajjeb u hija mpenjata li ssostniehom b’taħriġ professjonali. Dawn il-mexxejja, spiss jaħdmu volontarjament f’kuntatt dirett maż-żgħażagħ.

    Il-programmi huma ddisinjati b’mod speċjali skont il-viżjoni għall-iżvilupp tal-youth ministry f’Malta, kif imfassla fil-Mappa Djoċesana tal-Formazzjoni, u huma rikonoxxuti mill-Qafas ta’ Kwalifiċi Nazzjonali.

    Dawn l-esperjenzi ta’ taħriġ huma frott ta’ kollaborazzjoni bejn organi differenti tal-knisja, b’mod partikolari l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (PFI), is-Segretarjat għall-Katekeżi, u il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ).