• Laqgħa bejn il-kappillani ta’ Malta u Għawdex fil-preżenza tal-Isqfijiet

  • Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru 2013 saret laqgħa fis-Seminarju ta’ l-Arċisqof f’Tal-Virtu’, bejn il-Kappillani tad-Djoċesi ta’ Għawdex u ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Għal din il-laqgħa kienu preżenti ukoll l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Mario Grech.  Wara mument ta’ talb flimkien, is-Sur Joe Farrugia, delegat ta’ l-Arċisqof għal-Lajċi tkellem fuq il-bżonn li l-Knisja tkun iktar akkoljenti, tema li hi ħafna għal qalb il-Qdusija tiegħu il-Papa Franġisku. L-Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex, tkellem fuq kif ser jintlaħqu dawk li qiegħdin fuq il-periferija tas-soċjeta’ u tal-fidi, tema ukoll ispiratha mid-diskorsi tal-Papa.  Wara saret diskussjoni fejn diversi kappillani qasmu l-esperjenzi tagħhom fuq dawn iż-żewġ suġġetti.