Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2013, l-Arċisqof Pawl Cremona attenda 2X2, attività tal-bidu tas-sajf ġewwa SKY Club, Paceville. Is-serata ġabet flimkien sitt bands insara lokali kif ukoll il-laqgħa annwali tal-voluntiera tas-sajf. Din is-sena, aktar minn 500 żagħżugħ u żagħżugħa ser iqattgħù il-btajjal tagħhom f’ħidma voluntarja, kemm Malta u kemm f’pajjiżi oħra madwar id-dinja. Il-lejla kienet ippreżentata minn Frank Zammit u l-kunċert kien imtella’ minn Ablaze, The Pilgrimage, Footprints, Temple, Connections, Y4J Band, kif ukoll kanzunetta speċjali mill-kantanti tal-Jum DInji taż-Żgħażagħ. Mocktail esklussivi kienu offruti mal-bar, ippreparati apposta minn studenti tal-Istitut ta’ Studji Turistiċi. Il-qligħ mill-avveniment marru għall-Fond tat-Tfal tas-SCE, imwaqqaf riċentament biex jappoġġja l-ħtiġijiet edukattivi ta’ tfal inqas privileġġati fl-iskejjel tal-knisja. 2X2 kien organiżżat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ bis-sostenn ta’ SKY Club, Pure Media, Chai Bubbles, The AV Warehouse.