Pope Francis with Italian President, Giorgio Napolitano

Il-Papa Franġisku laqa’ f’udjenza lill-President Taljan Giorgio Napolitano u qal li l-liberta reliġjuża hi iżjed affermata bid-diskors milli protetta bil-fatti. Qal li “ksur gravi ta’ dan id-dritt bażiku huwa ta’ tħassib serju u l-pajjiżi tad-dinja għandhom jiġu flimkien sabiex iżommu ‘l fuq id-dinjita umana u jipproteġuha minn kull attakk”.

Franġisku kompla jgħid li l-koperazzjoni li teżisti llum bejn il-Knisja u l-Istat Taljan hi mibnija fuq interazzjoni ta’ kuljum bejn uffiċjali tal-Gvern u kattoliċi bil-għan ewlieni jkun “il-promozzjoni tal-interessi tal-poplu u tas-soċjeta”.

Il-Papa temm jinnota li s-sena 2013 timmarka l-1700 anniversarju mill-editt ta’ Milan, proklamazzjoni ta’ tolleranza tal-insara fl-imperu Ruman, li ħafna jarawha bħala simbolu tal-ewwel dikjarazzjoni tal-prinċipju tal-liberta reliġjuża.