Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2013, saret l-ewwel konferenza minn tnejn, li saret il-bieraħ filgħaxija fil-Kurja tal-Arċisqof, bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgha Ewkaristika. Din qed issir fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913. Il-kelliema ewlenija kienu l-Professur Oliver Friġġieri u Rev Dr Konrad Grech SJ, li tkellmu dwar il-Fidi fil-kuntest tat-tibdil soċjali li seħħ f’Malta matul l-aħħar mitt sena.

It-tieni konferenza ser issir illejla bis-sehem ta’ Rev Dr John Anthony Berry u Ms Pauline Dimech. Is-suġġett ser ikun “Apprezzament tal-Ġisem ta’ Kristu – Knisja u Ewkaristija”. Il-qofol tal-Ġimgha Ewkaristika jintlaħaq nhar il-Ġimgha 7 ta’ Ġunju fit-8.00 p.m. fi Pjazza San Ġorg, il-Belt Valletta, fejn ser tiġi ċċelebrata Quddiesa mill-Isqfijiet Maltin u wara ssir purċissjoni bis-Sagrament.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]